Din żleali?
Kif tinduna meta prattika kummerċjali tkun żleali
Mistoqsija li taħraq għall-konsumaturi bla dubju ta’ xejn ser tkun: “Kif nista’ ninduna meta prattika kummerċjali partikolari tkun żleali?”
- Il-Lista Sewda: Prattiċi li huma DEJJEM ipprojbiti
- Qerq minħabba informazzjoni falza
- Qerq minħabba omissjoni ta’ informazzjoni
- Marketing aggressiv
- Każijiet oħrajn
Il-Lista Sewda:
Prattiċi li huma DEJJEM ipprojbiti
Fortunatament, id-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali tissimplifika t-tweġiba għal din il-mistoqsija. L-ewwelnett, xi prattiċi kummerċjali huma dejjem ipprojbiti taħt id-Direttiva. Saret il-lista s-sewda ta’ 31 prattika żleali biex tassigura li l-kummerċjanti, il-professjonisti tal-kummerċjalizzazzjoni u l-klijenti jkollhom idea ċara dwar dak li hu pprojbit. L-istess lista tapplika fis-28 Stat Membru ta’ l-UE.
Niżżel il-fuljett komplut(694 kB)
pdf.
Kif tiddetermina l-legalità ta’ prattika kummerċjali
Il-legalità ta’ prattika kummerċjali li mhix projbita b’mod dirett tista’ tiġi eżaminata b’valutazzjoni skond kriterji legali speċifiċi. Żewġ kategoriji ewlenin ta’ prattika kummerċjali żleali - “qerq” u “aggressività” - huma deskritti fid-dettall fid-Direttiva. Il-maġġoranza l-kbira tal-prattiċi li jistgħu jiġu kkunsidrati żleali jaqgħu taħt dawn id-dispożizzjonijiet.
It-test tal-konsumatur medju
Jekk prattika kummerċjali hix ġusta jew żleali huwa mbagħad valutat skond il-punt ta' referenza tal-"konsumatur medju". Il-konsumatur medju, kif interpretat mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, huwa "raġonevolment informat tajjeb u raġonevolment osservanti u ċirkuspett", u jqis fatturi soċjali, kulturali u lingwistiċi. Jekk prattika kummerċjali hija diretta lejn grupp partikolari ta' konsumaturi (bħal kategoriji vulnerabbli ta' konsumaturi), mela membru medju ta' dak il-grupp huwa l-punt ta' referenza.